Għal Ryan Hili X Factor Malta kienet l-ewwel esperjenza tiegħu li kanta quddiem erba’ membri ta’ ġurija, kif ukoll l-ewwel esperjenza quddiem udjenza numeruża waqt iċ-Chair Challenge.

Il-kantant isostni li l-kummenti tal-ġurija japprezzahom ħafna u bihom iħoss li jista’ jimxi dejjem ‘il quddiem u jitgħallem. Ċertament isemmi l-fażi taċ-Chair Challenge meta kulħadd qam iċapċap u jifraħlu għall-prestazzjoni tiegħu, bil-ġurija b’kollox!

Howard jiddeskrivi l-vuċi ta’ Ryan bħala, “Tal-bliegħ!” Ċertament li din ħa tkun esperjenza indimentikabbli għal Ryan u kif qal hu stess, lest biex jagħti l-100% tiegħu!

Segwi l-vjaġġ:


Kyle Zarb