Ta’ sikwit, il-paġna The National Archives of Malta jaqsmu mas-segwaċi tagħhom kitbiet nostalġiċi li jeħduna lura fiż-żmien fejn il-ħajja’ ta’ pajjiżna kienet ferm differenti minn kif nafuha llum il-ġurnata. Illum dan ma naqasx, hekk kif qasmu ritratt fil-knisja Parrokjali tas-Siġġiewi meħud madwar 80 sena fejn nistgħu naraw xena xejn komuni.
Huma qalu, “Xena mhix komuni. Suldat Ingliż jissieħeb fil-Knisja Kattolika f’ċeremonja fil-Knisja Parrokjali tas-Siġġiewi madwar 80 sena ilu. Iċ-ċeremonja tmexxiet mill-Kappillan Dun Franġisk Saver Mangion. Nirringrazzjaw lil Guido Baldacchino li għaddielna dan is-sett ta’ ritratti.”
Grazzi lil kull min jagħżel li jaqsam dawn ir-ritratti tant sbieħ mal-bqija tan-nies!