"Xejn Mhu Ħa Jerġa' Jkun L-Istess Għalina." – Iħalli Din Id-Dinja Arthur Gruppetta, Missier Il-Merlin Publishers

Fuq il-paġna Merlin Publishers, tħabbret it-telfa ta’ Arthur IS Merlin. Kiteb dwar dan ibnu Chris, fejn semma l-ħidma ta’ missieru fil-qasam tal-letteratura, u fi ħdan Merlin.

Chris jikteb, “Illum Merlin tilef il-qalb tħabbat tiegħu. Arthur IS Merlin, li ħoloq l-ewwel kotba ta’ Merlin ħafna snin ilu, qatt ma waqaf jemmen fil-kotba Maltin anke meta l-kurrent kien kontra, u kien il-forza ewlenija warajna lkoll, sal-aħħar. Xejn mhu ħa jerġa’ jkun l-istess għalina. Inħobbok Pa – Chris”

Insellmu l-memorja ta’ Arthur. Tassew maħsudin b’din it-telfa. Strieħ fis-sliem għażiż u Grazzi tax-xogħol tiegħek. Kondoljanzi Chris u l-familjari kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI