Josette Busuttil qasmet sitwazzjoni li ltaqgħet magħha waqt ħidmitha, fejn saret taf xebba li m'għandha lil ħadd, u hi nieqsa minn oġġetti li hu normali għalina li jkollna. Fosthom qas għandha televixin, apparat li jservi ta' kumpanija għal dawk li jgħixu weħidhom.

Din ix-xebba toqgħod b'seba' għajnejn biex ma tonfoqx iżżejjed u jkollha l-affarijiet essenzjali biex tgħix biss.

"Illum tgħix  ġo dar żgħira,bi ftit  affarijiet t' użu minħabba saħħitha. Miegħi tkellmet li l-ftit dħul tagħha tużah għal  bżonnijiet tagħha u kontijiet li jaslu... kif stqarret hi fil-ħin liberu tagħha, taqra  xi ktieb milli jħallulha n-nies li jafu li tħobb taqra u radju żgħir  biswita."

Josette tkompli, "Staqsejtha tarax televixin u bid-dmugħ f'għajnejha qaltli 'Binti,nixtieq għax li kelli xjaħ bħali u Sab lil ommu,biss bil-flus li ndaħħal nagħmel bżonnijiet oħra  u jinxtraw affarijiet essenzjali.'"

Josette irrikorriet għall-pubbliku biex min irid iċemplilha jew jibgħat WhatsApp fuq 98112532. "Grazzi li ħa tferrħu  lil din il-mara...", tagħlaq Josette.


Kyle Zarb