Christabelle Zammit, magħrufa bħalha Belle, ittella’ filmat tassew ħelu fil-ġurnata speċjali ta’ Blake li llum jagħlaq 9 snin. Ftit mumenti qabel Belle kienet kitbet ittra lil Blake b’dan il-messaġġ  tassew qawwi.

Hi kitbet, “Bħal għada 9 snin ilu kont f’uġigħ kbir waqt il-ħlas sabiex tkun tista' tieħu l-ewwel nifs u kieku jkolli nreġġa’ lura ż-żmien ma nibdel xejn għaliex nixtieq l-istess Blake li int illum. Ħajjitna mhijiex waħda faċli, hija bħal roller coaster iżda lesta nagħmel minn kollox sabiex inżommok ferħan u ngħallmek kif tkun raġel ta’ valuri. Tikber kemm tikber għalija tibqa’dejjem it-tifel iċ-ċkejken tiegħi u jien mhux biss ommok iżda l-akbar ħabiba tiegħek ukoll."

Il-filmat li ttella’ Belle huwa r-reazzjoni ta’ Blake għal din l-ittra fejn Belle tistaqsih għaliex qed jibki. “Meta qrajt l-ittra li ktibt fuq il-vidjow bkejt ħafna.” Hu jistqarr, “Xbajt ngħix dil-ħajja li rrid kollox. Qisni greedy boy, qisni xejn ma għandi. Xbajt nagħmel hekk.”

Blake jgħid ukoll ħelu ħelu li għalkemm xeba’ ma japprezzax, allavolja jekk tixtrilu xi ħaġa żgħira xorta waħda jieħu gost biha. Iżda jgħid ukoll li l-aqwa li jkollu lil ommu u lill-famija min-naħa tagħha f’qalbu.

Awguri kbira lil Blake minn għandna Gwida.mt f’din il-ġurnata speċjali.

Facebook / Belle Live Shows


Rowena Calleja