Xandru wiċċ familjari ma' ħafna għalkemm tista' tgħid li ilu ftit ma jidher fix-xena televiżiva. Illum l-atleta jagħlaq 45 sena u biex jiċċelebra dan il-fatt fuq il-profil ta' Facebook tiegħu tella' ritratt artistiku mill-bravu Kris Micallef flimkien ma' status mill-isbaħ!

Ritratt: Xandru Grech

"Wara 45 sena ħaj, il-ħajja għadha f'territorju ferm mhux magħruf. Kuljum skoperti ġodda, esperjenzi, sentimenti ... emozzjonijiet. Naħseb li dawk li għadhom f'ħajti qegħdin hemm għal xi raġuni... dawk li m'għadhomx f'ħajti, mhumiex għal raġuni wkoll."

Xandru jkompli b'riflessjoni mill-isbaħ: "Imma nirringrazzjakom kollha talli ffurmajtu lili tul dawn l-45 sena. Għal dawk minnkom li intom qrib u dejjem viċin. Inħobbkom. Grazzi." Kliem li wieħed ta' min verament jixtarr u jaħseb fuqu. Il-ħajja tagħna vjaġġ u għandna napprezzaw lil kull min kellu xi tip ta' influwenza fuq ħajjitna.

Ritratt: Kris Micallef - Facebook / Xandru Grech

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Xandru l-isbaħ xewqat! Naħseb ftit jemmnu li għalaq 45, jidher biċ-ċar li jieħu ħsieb saħħtu u dejjem jara kif ħa jżomm ruħu attiv. Awguri Xandru, nisperaw li qed tqatta' l-jum tiegħek ma' dawk tant għeżież għalik!

Facebook / Xandru Grech


Emil Calleja Bayliss