Ilbieraħ, 20 ta’ Novembru, kien Jum it-Tfal u Xandru Grech ġie mistieden mill-iskola primarja tal-Isla biex ikun ambaxxatur tal-qari.

Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, Xandru qasam bosta ritratti ta’ din il-ġurnata kif ukoll filmat. Kemm hu u kemm it-tfal jidhru li ħadu gost b’din l-esperjenza.

Xandru stqarr: “Grazzi, tfal, talli qsamtu l-immaġinazzjoni u l-innoċenza tagħkom”. Hu qal ukoll li t-tfal jerġgħu jqanqlu fih dak li l-adulti jirnexxielhom jeqirdu.

F’kumment minnhom, Xandru qal kif bosta tfal ammettu li ma jħobbux jaqraw. Iżda b’xi mod hu rnexxielu jqanqlilhom interess fil-kotba u jżommhom attentivi.

Facebook/Xandru Grech


Nicole Barbara