Nhar il-Ġimgħa li għadda, Xandru kien il-mistieden speċjali ta' Min Imissu? u f'dan il-programm qasam storja tad-daħk li ġratlu meta kien jinsab barra minn xtutna. Xandru jgħid li waqt li kien qed ġewwa Ayia Napa, jgħid li beda jkellem tfajla.

Waqt li qed ikellem lil din it-tfajla beda jmiss lil dan il-fjammingu jew pellikan, għasfur kbir insomma u f'daqqa waħda jirrealizza li dan il-fjammingu beda jħares bl-ikrah u jirrabja. Bilmod sabbat biex iħallih bi kwietu u dan l-għasfur sfratta.

Ritratt: ONE Play / Min Imissu?

Fetaħ il-ġwienaħ u spiċċa b'dan l-għasfur jiġri warajh, waqa' t-taraġ, spiċċa kollu ramel u xorta ma qatax qalbu li jimpressjoni lit-tfajla. Beda jgħajjat u jgħidilha żewġ minuti biss waqt li qed jiġri biex dan illosta għasfur iħallih bi kwietu.

"Għamilt l-isbaħ nofsija jien niġri mal-bajja... u dal-fjammingu ġej jigdimli l-patata..." żied Xandru. Ħasra kbira li ħadd ma ffilmja dan kollu għax naħseb kienet xena naqra tad-daħk! 

ONE Play / Min Imissu?


Emil Calleja Bayliss