Xahar Sħiħ Ta’ Offerti Mill-Aqwa Bi Skontijiet Speċjali Għax-Xahar Ta’ Novembru Ġewwa Tatara Bathrooms

Dawk il-koppji u familji li qed ifittxu li jagħmlu kamra tal-banju ġdida, ibiddlu l-madum tal-art jew anke għandhom bżonn xi madum ta’ mal-ħitan, ta’ ġewwa jew ta’ barra kif ukoll aċċessorji b’karatteristiċi varji għandhom jirrikorru għand Tatara Bathrooms tul ix-xahar ta’ Novembru.





Dan għaliex taħt l-istess saqaf wieħed jista’ jsib prodotti varji li joffru stil mill-aqwa, versatilità, kwalità u atmosfera li ddur madwar il-klijent. Kull min żar din is-showroom jista’ jgħid li kellu esperjenza pożittiva għall-aħħar.

Kulħadd jibqa’ mistgħaġeb bix-xelta vasta li wieħed isib. Tant hu hekk li l-klijenti jispiċċaw bejn ħaltejn ta’ x’ħa jagħżlu minħabba li l-għażla hija waħda kbira u b’hekk żgur li ħa ssib xi ħaġa li tolqot il-gosti tiegħek.

Kif tafu x-xahar ta’ Novembru hu magħruf l-aktar għall-Black Friday iżda Tatara Bathrooms jestendu dan il-jum għal xahar sħiħ tista’ tgħid. Xahar sħiħ ta’ offerti varji li żgur ħa jilħqu l-but ta’ dak li jkun. 



L-offerti jibdew proprju mil-lum 7 ta’ Novembru u jibqgħu għaddejjin sat-3 ta’ Diċmebru. Xahar sħiħ b’offerti mill-aqwa u skontijiet speċjali fuq xelta ta’ prodotti li tolqot il-gosti ta’ kulħadd. Il-kwotazzjonijiet kollha li jagħtu waqt dan il-perjodu jibqgħu validi sal-10 ta’ Diċembru tal-2022.

 Tajjeb li nfakkru li Tatara Bathrooms jgħinu lill-klijenti tagħhom jagħmlu l-aqwa għażla possibbli sabiex jibbenefikaw mill-ispazju li għandhom, tant hu hekk li huma jipprovdu alternattivi varji sabiex il-klijent ukoll għażla sabiex jagħmel dak li jixtieq.

Mhux hekk biss, iżda waqt li l-klijenti qed jagħżlu l-madum, il-kamra tal-banju li jixtiequ u prodotti oħra, huma jagħtu spjegazzjoni u gwida ta’ kif għandhom jitwaħħlu ċertu prodotti, x’għandu jsir biex wieħed jieħu ħsiebhom sew u pariri oħra li l-klijenti japprezzaw minħabba l-fatt li b’hekk il-klijent jieħu l-massimu tal-prodott li jkun qiegħed jixtri. 

Element pożittiv ieħor li ħafna mill-klijenti jikkummentaw dwaru hu li Tatara Bathrooms ma jarawx biss illi jbigħu l-prodott iżda jieħdu ħsieb il-klijenti tagħhom anke wara l-bejgħ tal-prodott. Huma jaraw li kollox mexa kif xtaq il-klijent, tant li tista’ tgħid li huma rinomati għall-aftersales li joffru u ċertament li kull min xtara mingħandhom hu xhieda ta’ dan. 

Fl-aħħar xhur huma kabbru x-showroom tagħhom u ċertament li l-klijenti li jżurhom ħa jikkonfondu minn fejn ħa jaqbdu jagħżlu dak li verament jixtiequ fid-dar tagħhom. Mela x’qed tistennew biex iżżuru Tatara Bathrooms dan ix-xahar u tibbenefikaw minn prezzijiet bi skontijiet mill-aqwa!?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI