Il-kantanta u attriċi lokali Ina Robinich fakkret dak il-jum ikrah li fih tilfet lin-neputi tagħha ħabta u sabta. Kien ta' xokk kbir għaliha u għall-familja kollha. Hu ġie nieqes ftit xhur wara li żżewweġ.

Ina tibda billi tgħid, "Xahar illum mill-jum li ħallejtna Gianni tagħna. Kemm tlabtu lil missieri biex tibqa' magħna, imma l-pjanijiet ta' Alla ħadd ma jafhom u riedek miegħu. Hu ħsiebna minn fejn qiegħed għax hawn ngħixu mingħajrek iebsa wisq."

Hi żżid, "Taf li ma tistax terġa' tgħannqek, tbusek u tkellmek hija iebsa wisq. Nitfarrġu biss għax nittamaw li qiegħed f'post aħjar ħdejn in-nanniet, f'post isbaħ żgur minn hawn. Inħobbok għal dejjem żagħżugħ tagħna."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja għażiża tiegħu u nitolbuh iżomm ħarstu fuq familtu u l-għażiża martu. Strieħ fis-sliem għażiż.

Facebook / Ina Robinich


Emil Calleja Bayliss