Il-band lokali X-Tend bdew fl-1984 fejn il-bans Maltin kienu għadhom qed jibdew ikunu l-ħaġa ġdida li jmiss. Il-mużika tista' tgħid li dejjem se tkun kwistjoni ta' gosti imma li jkollok band li baqgħet għaddejja b'saħħitha għal tant snin hija tassew suċċess. L-2024 issa hija storja mnaqqxa għall-band Maltija X-TEND li bdiet fl-1984 u għadha fix-xena mużikali 40 sena wara!

Ritratt: Facebook / Ray Caruana

Huma ċċelebraw dan l-anniversarju bi tnedija ta' album ġdid, album li fih għaxar kanzunetti mill-isbaħ. Il-band illum il-ġurnata hi magħmula minn Charles Dalli, Eric Calleja u Godwin Debono. F'waħda mill-kanzunetta fuq dan l-album nsibu wkoll il-vuċi tal-kantanta Debbie Scerri. Żgur li dan l-album jiġbor fih tant u tant memorji għal din il-band lokali.

Band li tawna diversi kanzunetti, kemm bl-Ingliż u anke bil-lingwa Maltija! Prosit X-Tend! Komplu ferħuna bil-mużika tagħkom! 

Facebook / Robert Grima


Emil Calleja Bayliss