Il-jum tat-tieġ hu wieħed speċjali għal kull koppja, però żgur li hum speċjali wkoll għal ġenituri ta’ dik il-koppja. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, it-tifla tal-ġurnalist u eks-preżentatur fuq l-istazzjon lokali, Lou Bondi ingħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ.
F’post fuq Facebook, Lou jgħid li fost avvenimenti li kellu fi tmiem il-ġimgħa fuq livell professjonali, l-aktar li spikka f’kull sens tal-kelma kien iż-żwieġ tat-tifla tiegħu Alex. Lou, f’dan il-mument tant speċjali jgħid li l-ħajja ma tistax tkun aħjar.
Għal dawk li jafu lil Lou, jafu wkoll li huwa mużiċist u ma setax jonqos li f’dan il-jum hekk speċjali għat-tifla tiegħu u r-raġel tagħha, li Lou jitla’ jdoqq flimkien ma’ Red Electrick, il-band li animat ir-riċeviment tat-tieġ. Wieħed jista’ jgħid li Lou żgur kien fl-element tiegħu.
F’isem Gwida.mt, nieħu l-opportunità li nawgura lill-koppja ħajja feliċi flimkien! Awguri!
Facebook / Lou Bondi