Veru li jgħidu: is-sħana Maltija taqli l-ankri, u probabbli tixwilek il-pulpetti tal-barbecue wkoll. Biex nikkumbattu s-sħana, ta’ spiss ninqabdu ninżgħu kulma hu soċjalment aċċettabbli, speċjalment jekk ninzertaw barra. Għaldaqstant, xi wħud jidhru li qegħdin jieħdu pass ‘il quddiem fl-għera tagħhom, u ħafna Maltin anqas xejn mhuma jilqgħuhom bil-ħlewwa.
Ritratt li ttella’ fuq Facebook qiegħed joħloq għagħa fuq il-midja soċjali, u bosta huma dawk li qegħdin jikkummentaw x’jaħsbu dwaru. Fir-ritratt tidher passiġġiera fuq il-wara ta’ mutur, iżda l-aspett li qiegħed iġiegħel lin-nies jisseksku huwa n-nuqqas ta’ lbies tagħha, hekk kif tidher kważi għarwiena għalkollox. Ħafna Maltin saħansitra qegħdin isejħulu att ta’ skifezza, kif ukoll ta’ disrispett lill-pajjiż.
Facebook / Bongu Malta
Għaldaqstant, uħud jaħsbu li n-nies qed jitkażaw għalxejn, li din mhijiex xi ħaġa li għandha toħloq rebus.
Facebook / Bongu Malta
Din mhijiex l-ewwel darba li tqajmet diskussjoni ta’ dan it-tip: diversi nies infatti qegħdin jistqarru kif iħossuhom offiżi bin-nuqqas ta’ lbies xieraq fit-toroq Maltin, inklużi dawk li jiddeċiedu jinżgħu l-flokk f’nofs ta’ triq.
Facebook / Maltese Gemgem
Taħsbu li n-nies qed jagħmlu għaġeb mix-xejn, jew taħsbu li għandu jiġi infurzat ilbies xieraq fit-triq?