Il-grupp lokali tant maħbub mill-poplu Malti u Għawdxi, Kantera, li rajnieh fiż-żewġ edizzjonijiet ta' Mużika Mużika, kellu sorpriża ħelwa immens ġewwa l-kulleġġ San Ġorġ Preca. Fil-fatt indunaw kemm il-mużika tagħhom hi apprezzata mill-istudenti ta' eta iżgħar.

Xi jiem ilu huma kitbu, "Illum kellna esperjenza mill-isbaħ mill-istudenti tal-kulleġġ ta' San Ġorġ Preca permezz tal-mużika tagħna fejn l-istudenti kantaw magħna l-kanzunetti "L-Ewwel Jien" u "Tkun 'L Hawn Għaddi". Sodisfazzjon kbir li permezz tal-mużika qegħdin inżommu ħajjin il-qwiel u l-idjomi Maltin"

L-akbar sorpriża kienet dik li l-istudenti kantaw bħala kor il-kanzunetti tagħhom li huma tant għal qalbhom. "X'sorpriża tawna dawn l-istudenti għax mingħajr ma' konna nafu, għaqdu kor żgħir sabiex ikantaw magħna"

Kantera klassifikaw fit-tielet post fl-ewwel edizzjoni ta' Mużika Mużika bil-kanzunetta L-Ewwel Jien, u f'April li għadda ġew fit-tieni post bil-kanzunetta Tkun L'Hawn Għaddi. Nawguraw aktar suċċessi lil dawn l-artisti bravissimi!


Kyle Zarb