Ilkoll nafu min hi l-influencer Maltija Sarah Zerafa! Jekk issegwiha fuq Instagram, taf li tikrea ritratt mill-isbaħ kuljum. Illum għamlet l-istess, iżda flimkien mar-ritratt kitbet fejn se tqatta’ l-jiem li ġejjin!

View this post on Instagram

A post shared by Sarah Zerafa (@sosazerafa) on

Sarah tellgħet ritratt tagħha fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Dan għax b’kollaborazzjoni ma’ waħda mid-ditti favoriti tagħha, Elisabetta Franchi, se tattendi l-Fashion Week ta’ Milan! Xi ġmiel! X’opportunità mill-isbaħ!

F’waħda mill-istories tagħha ta’ Instagram, Sarah kitbet lis-segwaċi tagħha biex qatt ma jieqfu joħolmu! Jekk taħdem għal dak li tixtieq, xi darba jew oħra jirnexxilek żgur! Mingħajr dubju, din l-esperjenza tfisser ħafna għal Sarah.

Din mhix l-ewwel darba li Sarah se titla’ Milan u tattendi l-Fashion Week. Dan għax is-sena l-oħra wkoll attendiet dan ix-xow b’kollaborazzjoni ma’ Elisabetta Franchi!

Din is-sena, omm Sarah se tkun qed takkumpanjaha tul din l-avventura ġewwa Milan! Żgur li se tkun esperjenza mill-isbaħ, imżejna b’dak kollu relatat mad-dinja tal-moda!

F’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Sarah għal din l-esperjenza li se jkollha. Ninsabu ħerqanin biex naraw dak kollu li se jiġri f’Milan, fil-jiem li ġejjin!

Instagram / @sosazerafa


Yasmin Camilleri