Din is-sena m'hemmx festi fl-ibliet u l-irħula Maltin. Għada kienet tkun iċċelebrata l-festa ta' San Ġużepp f'Ħal Għaxaq; iżjed u iżjed bi kbir din is-sena minħabba li kien se jinġieb lura mir-restawr.

F' Novembru tal-1932 kienet waslet f'Ħal Għaxaq l-istatwa ta’ San Gużepp mill-belt Taljana ta’ Milan wara li nħadmet mid-Ditta Fratelli Bertarelli. F’dik l-istess ġurnata kienu żżanżnu wkoll il-pedestall ta’ taħt l-istatwa flimkien mar-raġġieri ta’ San Gużepp u l-Bambin kif ukoll il-ġilju t’ idejn San Gużepp li huma lkoll tal-fidda.

Ritratt: Pawlu Buttiġieġ

L-istatwa kienet waslet fir-raħal f’ kaxxa ta’ l-injam fuq karettun li kien twassal minn żewġt iżwiemel bojod. Iżda għada l-Ġużeppini Għaxqin ħasbu li xorta jfakkru din il-festa billi bejn id-21.00 u l-22.00 ser ikollhom spettaklu bin-nar!

Ritratt: Pawlu Buttiġieġ

Awguri lilkom u lil dawk kollha li jħobbu l-kultura tal-festi!

Ritratt: Pawlu Buttiġieġ


Clifford Galea