Sfortunatament l-edizzjoni tal-Farsons Beer Festival ta’ din is-sena kellu jiġi kkanċellat!

Wara li l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li avvenimenti kbar mhux se jitħallew jiġu organizzati, il-Farsons Beer Festival kellu jiġi mħassar għat-tieni darba wara li s-sajf li għadda kellu jitħassar ukoll minħabba l-Covid-19. Din se tkun it-tieni edizzjoni li ġiet imħassra wara l-ewwel darba li ġie organizzat il-festival fis-sena 1981.

Dan l-aħbar iddiżappunta lit-tim kollu li tant kien jieħu gost jorganizza l-festival u bla dubju lill-Maltin u lit-turisti li ta’ kull sena kienu jattendu biex jieħdu gost u jixorbu l-birra.

Nittamaw li dan ikun l-aħħar sajf li fih ma jsirx il-Farsons Beer Festival!


Shanice Ahar