Mal-ewwel pass tiegħu fuq il-palk ta’ X Factor, Mark Anthony Bartolo mal-ewwel naqqax ismu fl-istorja tas-sensiela bħala bniedem mhux biss bl-istorja tiegħu li tmiss il-qlub iżda l-aktar bit-talent mużikali li għandu. Għaldaqstant, il-poplu Malti ma laħqux fil-live show peress li ma ġiex magħżul jipproċedi ‘l quddiem fil-fażi tal-Judges Houses. Però dan żgur ma jfissirx li huwa t-tmiem ta’ Mark fix-xena lokali!

MAB

Facebook / Mark Anthony Bartolo

Minkejja li ma rajniehx fost it-12-il att finali tal-ewwel sensiela, Mark baqa’ preżenti fost il-fans li għoġobhom bil-kbir ix-xogħol tiegħu, speċjalment permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook fejn itella’ aġġornamenti mhux biss dwar il-mużika iżda saħansitra dwar ħsusu u ħajtu personali. Huwa saħaq kif kultant jaf ma jemminx biżżejjed fih innifsu u dan ikun ostaklu fil-karriera mużikali tiegħu.

Minkejja dawn l-isfidi, Mark dan l-aħħar Mark reġa’ beda jtella’ covers ta’ diski online. M’ilux xerred cover ġdida tad-diska Royals ta’ Lorde, u sintendi, bosta fans tiegħu kienu kuntentissimi bir-ritorn tiegħu, fejn saħqu li kienet interpretazzjoni liema bħalha tad-diska rinomata.

YouTube / X Factor Malta


Kurt Gabriel Meli