"Live and let live" - Hekk Tgħid il-biografija tiegħu fuq facebook; id-Dj Joseph Armani li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Joseph Armani huwa dj li kellu suċċessi kemm lokali kif ukoll internazzjonali, iżda dejjem baqa' saqajh mal-art.
Iżda irċieva wieħed mill-isbaħ rigali li qatt ħolom f'40 sena; par headphones b'ismu miktubin fuqhom! Irringrazzja lil ħutu u n-nisa tagħhom u qal li se jgħożżhom tul ħajtu kollha. Iżda Joseph mhux jirċievi biss iżda jagħti wkoll. Bħala sens ta' altruwiżmu, Joseph qed jiġbor fondi għall-ħsarat li ġarrab in-nar fl-Awstralja. Awguri u prosit Joseph!
Ritratt: Facebook/ Joseph Armani