X Factor sar bħall-Eurovision, tħobbu jew le ħafna jieqfu jsegwu u jaraw dak li qed jiġri! Mhux kulħadd dejjem ħa jaqbel ma' dak li jiġri! Imma l-votazzjoni hi f'idejn il-pubbliku f'dan l-istadju filwaqt li l-erba' mentors qegħdin hemm biex jiggwidaw lill-kantanti, jgħaddu l-kummenti tagħhom dwar kull prestazzjoni u wkoll jiddeċiedu liema parteċipant għandu jħalli l-kompetizzjoni!

Numru ta' personalitajiet lokali spiċċaw kitbu fuq il-midja soċjali x'jaħsbu dwar dak li deher ilbieraħ! Donnu ħafna kienu qed isegwu u l-kontroversja ħa tibda tikber issa li qed jonqsu l-kantanti! Il-format hu dak li hu! Persuna waħda fl-aħħar trid tiġi ddikjarata bħala rebbieħa tat-tieni staġun ta' X Factor Malta! Ara x'kellhom xi jgħidu dawn il-personalitajiet!

L-istilista Marco Parascandolo li l-ġimgħa li għaddiet ħadem ma' Jasmine kellu riflessjoni fuq fak li ġara lbieraħ tul il-programm! Riflessjoni li wieħed għandu jżomm f'moħħu għall-ġimgħat li ġejjin!

L-artista Għawdxija Pamela li hi wkoll il-vocal coach ta' Jasmine u Yazmin&James ħalliet dan il-kumment fuq il-midja soċjali tagħha! Aħna nemmnu li Pamela minn dejjem għamlet xogħol utli mmens u jkun ħasra li kieku tieqaf milli tkompli tiggwida l-kantanti lokali!

Ludwig ukoll ħalla kumment li trid taqrah darba, darbtejn, tlieta... imma ngħiduha kif inhi! Fih ħafna x'tifhem! Mhux l-ewwel darba li l-kantant lokali kritika xi deċiżjoni jew oħra imma kull min jafu, jaf kemm għandu t-talent lokali għal qalbu!

L-artist Aidan Cassar li rajnieh jiddomina l-klassifiċi lokali permezz tal-kanzunetti tiegħu, rajnieh ukoll fil-Malta Eurovision ukoll qasam dak li jaħseb dwar id-deċiżjonijiet tal-bieraħ! Hu ħalla żewġ statuses differenti dwar dak li seħħ ilbieraħ!

Il-kantant Franklin li dejjem saħħar l-udjenzi bil-vuċi meraviljuża tiegħu wkoll qasam dak li jaħseb! Franklin is-sena l-oħra ġie eliminat fl-ewwel episodju tal-live shows f'X Factor Malta!

Il-mużiċist Luke Agius, magħruf ukoll bħala Lulu mill-band Xarulu ukoll wera s-sapport tiegħu lejn Jasmine dwar dak li ġara! Jidher li s-sapport għal Jasmine ġej minn kull naħa u minn kull settur f'dan il-qasam!

Kantant lokali ieħor li wera ddiżappunt tiegħu kien Dan! Fuq il-paġna tiegħu qal li kellu tama f'Jasmine! Hu jgħid li hi artista verament umli! Bi kliem jindika li kien qed jaħseb li kellha ċans tkun fost il-finalisti!

Facebook / X Factor Malta


Gwida.mt