Dawn il-personalitajiet kollha ingħaqdu flimkien għall-filmat biex jippromovu l-mixja annwali tal-fondazzjoni Richmond, li din is-sena ser issir nhar il-Ħadd li ġej 6 t’Ottubru.


Il-kantanta Claudia Faniello, il-preżentaturi tar-radju Daniel u Ylenia, il-kantant Kurt Calleja, u l-preżentatriċi Claire Agius Ordway, flimkien ma’ Matthew Paris, kollha rrakkuntaw l-esperjenzi tagħhom personali u dawk ma’ Richmond, filwaqt li appellaw lil kull min għandu bżonn l-għajnuna biex jingħaqad magħhom u jfittex l-għajnuna ta’ din il-fondazzjoni.

 

Din il-mixja ser issir biex tippromovi s-saħħa mentali u ser tibda mill-kappella tal-Madliena fl-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli.

Facebook / @Richmond-Foundation-Malta


Luke Borg