Il-kompożitur Borislav Milanov tella’ fuq il-midja soċjali ritratt ta’ Michela Pace u Kristian Kostov. Jekk l-isem mhux qed idoqq, Kristian kien il-kantant li pparteċipa għal Bulgarija fil-Eurovision Song Contest tal-2017 u spiċċa fit-tieni post!

Il-karriera ta’ Kristian kompliet tikber wara dan is-suċċess, tant li anke sab ruħu jkanta fil-konkors tas-sbuħija Miss World. Kristian kien kanta fis-serata finali, waqt li l-mudelli kienu għaddejin fuq il-passarella. Il-Maltija f’dik l-edizzjoni kienet ħadd ħlief Michela Galea.

Jidher li Malta u l-isem Michela sinonimu mal-kantant! Michela Pace bħalissa tinsab barra minn xtutna taħdem mat-tim ta’ kompożituri barranin li kienu l-moħħ wara l-kanzunetta ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, Chameleon.

Il-mistoqsija tiġi weħidha, tgħid qed jaħdmu xi dwett flimkien dawn it-tnejn? Ngħiduha kif inhi, it-tnejn li huma għandhom timbru partikolari u jkunu sabiħ li naraw żewġ stillel jikkolaboraw flimkien. Żgur li d-dinja tal-Eurovision u s-segwaċi ta’ dal-konkors ikunu ferm kuntenti jekk dan iseħħ!

Ċertament li fil-futur qarib għandna nistennew xi materjal oriġinali ġdid mill-kantanta Maltija. Nistennew u naraw x’hemm pjanat.

Facebook / Borislav Milanov


Emil Calleja Bayliss