Mingħajr dubju dan il-musical bil-kanzunetti ta’ Freddie Portelli kien wieħed mill-isbaħ. Fil-fatt il-biljetti nbigħu kollha u kellhom iżidu xow ieħor! Dan mhux biss għax dan il-musical kiser rekord lokali wkoll!

In-nies li attendew jidhru li kollha ħadu gost għax il-messaġġi li ħallewlhom kienu kollha pożittivi u sodisfaċenti. Iżda tajjeb naraw ftit x’qalu l-atturi nnifishom wara li ngħalaq is-siparju fuq dan il-musical hekk kbir!

Kevin Borg

Minkejja li sfortunatament kellu jagħmel intervent waqt ix-xows, il-kantant jinsab onorat b’din l-avventura tal-ġenn! Aħna nistgħu ngħidu li Freddie Portelli żgur li jinsab kburi bil-prestazzjoni mill-aqwa li ta!

Amber Bondin

Għal Amber din ma kinetx l-ewwel darba li qed tieħu sehem f’musical. Fil-fatt is-sajf li għadda ħadet sehem f’Il-Ħanina Madalena. Għalkemm dan il-musical “kien jirrikjedi ħafna xogħol, sagrifiċċji u dedikazzjoni,” ma jiddispjaċiha xejn u tiddeskrivi dan ix-xow bħala maġiku u ma riditu li jispiċċa qatt! Kitbet li Lourdes, il-karattru li interpretat se tibqa’ ġġorru magħha għal dejjem!

Michela Galea

Il-kantanta u attriċi ddeskriviet din l-esperjenza bħala “indimentikabbli mill-bidu sal-aħħar.” Din l-avventura laqqgħetha ma’ ħafna artisti bravi, li kellha x-xorti li taħdem magħhom mill-qrib.

Ina Robinich

Il-kantanta u attriċi tistqarr li kienet avventura li mhi se tinsieha qatt. Kitbet li se tgħożż din l-esperjenza għal dejjem.

Leontine Spiteri

Filwaqt li rringrazzjat lil kull min attenda dan il-musical, raddet ħajr lil cast u ’l crew kollu. Tikteb li kien ta’ unur kbir għaliha li tkun parti “mill-istorja tat-teatru mużikali Malti.”

Luke Dalli

Luke jistqarr li din kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi ta’ ħajtu. Jikteb li din l-avventura għallmitu ħafna u laqqgħetu ma’ ħafna ħbieb ġodda. Apparti minn hekk irringrazzja lill-aktar minn 10,000 persuna li marru jaraw dan il-musical! Fl-aħħar jikteb li għad nerġgħu naraw lill-musical ‘Il-Kbir għadu ġej’ ma ndumux!

Facebook / Il-Kbir Għadu Ġej - The Musical


Yasmin Camilleri