Għalkemm mhuwiex fenomenu rari, in-nirien li bħalissa qed jaħarqu biċċiet kbar mill-foresta tropikali tal-Amażon qegħdin joħolqu għagħa kbira, peress li l-ħsara li qed issir hija ferm aktar notevoli u inkwetanti. Intenzjonat jew le, il-kaġun ewlieni ta’ din id-diforestazzjoni huwa l-bniedem u mhux biss kawżi naturali; għaldaqstant, hemm 3 passi sempliċi li nistgħu nieħdu sabiex mhux biss is-sitwazzjoni bil-mod il-mod tibda titjieb, iżda li bihom nistgħu ntejbu l-ħajja tagħna stess.

amazon

Reuters / Bruno Kelly

Agħti donazzjoni

Hemm diversi organizzazzjonijiet reputabbli li qegħdin jikkumbattu l-problema, u inti tista’ tgħinhom finanzjarjament sabiex jissoktaw ix-xogħol tagħhom. Dawn jinkludu:

Biddel id-drawwiet tiegħek

Veru li l-problema qed isseħħ lil hinn minn xtutna, iżda faċli immens li xi drawwiet fil-ħajja tagħna ta’ kuljum jaffettwaw u jsostnu l-ħsara li ssir. Dawn jinkludu passi li jikkumbattu d-diforestazzjoni u jiffavorixxu s-sostenibbiltà, per eżempju mhux biss nirriċiklaw iżda nużaw kemm jista’ jkun prodotti b’materjal irriċiklat.

Barra minn hekk, ħafna jisħqu fuq l-importanza li nnaqqsu l-ammont ta’ prodotti li nużaw ġejjin mill-annimali, speċjalment iċ-ċanga: dan għaliex ħafna mill-ispazju fforestat qiegħed jinqered favur spazju agrikolturali. Ħafna, għalhekk, jagħżlu li jillimitaw l-ammont ta’ prodotti tal-annimali li jikkonsmaw sabiex tonqos id-domanda għalihom.

Aqra aktar dwar l-impatt tat-trobbija tal-annimali fuq l-ambjent.

Semma’ leħnek

Fl-aħħar mill-aħħar, xejn ma jista’ jsir jekk ħadd ma jitkellem fuq dak li qed jiġri. Huwa wisq importanti nqajmu kuxjenza rigward il-problemi dinjin li lkoll qed nitfaċċaw, u dan jista’ jiġi rifless f’kemm id-diskors li ngħidu kif ukoll l-informazzjoni li nxandru.

View this post on Instagram

A post shared by Amazon Watch Official (@amazonwatch) on

Wikipedia


Kurt Gabriel Meli