Ir-riskju li taqbad il-Coronavirus billi toħroġ barra mid-darek mhuwiex kwistjoni ta' iswed jew abjad. Epidemjologa fl-Università ta' Tulane, tkellmet dwar liema attivitajiet huma riskjużi aktar minn oħrajn.

Hi tistqarr li l-laqgħat ma' gruppi ta' ħbieb jew familja huma riskjużi filwaqt li taqbad il-virus milli tiftaħ il-posta jew tmiss ix-xirja, mhux daqstant faċli. Filwaqt li ċertu attivitajiet huma aktar riskjużi minn oħrajn, dejjem għandek tilbes maskra meta jkun possibbli u tipprova żżomm distanza ta' 6 piedi minn oħrajn.

Azzjonijiet bħal distanza soċjali u l-ilbies ta’ maskra (jew in-nuqqas tagħha) jistgħu jbiddlu l-livell ta’ riskju b’mod sinifikanti. Hawn x'għandek tikkunsidra dwar attivitajiet varji hekk kif ir-restrizzjonijiet jibdew jintrefgħu madwar il-pajjiż.

Riskju Għoli

  • Tiltaqa' mal-ħbieb u familjari
  • Tidħol ġo bar mimli nies
  • Funzjonijiet reliġjużi
  • Tmur ta' xi film iċ-ċinema jew inkella tattendi xi logħba futbol

Riskju Medju

  • Sports jew li tattendi xi gym
  • Tattendi f'xi restorant ġewwa
  • Tax-xagħar u tad-dwiefer
  • Xi date jew inkella tiltaqa' ma' numru żgħir ta' ħbieb

Riskju Baxx

  • Il-baħar
  • Tiekol f'xi restorant barra
  • Attivitajiet sportivi barra
  • Xiri
  • Tiftaħ il-posta

Ovvjament f'ħafna mill-każi minn dawn id-distanza soċjali hija importantissima u fejn possibbli li tintlibes il-maskra dejjem tkompli tnaqqas ir-riskju.


Emil Calleja Bayliss