L-attur Matthew Sant Sultana stqarr li hu ferm kuntent għall-fatt li għal tmiem is-sena qasam il-palk mat-tieni familja tiegħu li huwa t-tim ta’ Min Imissu? Fuq il-paġna ta’ Fecbook Matthew qal li s-sena li għaddiet offriet sfidi kbar, iżda tal-inqas irnexxielu jagħlaqha b’daħka fuq fommu.

Matthew qal li dejjem jipprova jġiel lil ħaddieħor jitbissem u jistinka ħafna biex jilħaq dan il-għan. Sfortunatament, stqarr Matthew, huwa diffiċli ferm li tissodisfa lil kulħadd u qal li weġġa’ meta qara uħud mill-kummenti li ġġudikaw il-wirja li taw f’għeluq is-sena.

Fuq nota pożittiva, Matthew qal li jispera li kien hemm eluf ta’ persuni li kienu qed jidħku u għalqu s-sena bid-daħka fuq fommhom u bdew is-sena l-ġdida bi tbissima akbar!

Matthew wera l-apprezzament tiegħu għal din l-opportunità li kellu u għadda l-awgurju tiegħu għas-sena l-ġdida lill-pubbliku.

Facebook / Matthew Sant Sultana


Sarah  Cassar Dymond