Meta xi personalità tieqaf tidher jew tieqaf tixħet fuq il-midja soċjali, ħafna nies jibdew jistaqsu jekk inqalax xi ħaġa. Ħafna nies isaqsu l-mistoqsija bl-aktar mod ġenwin għax ikunu draw isegwu l-avvenimenti li dik il-personalità qed tagħmel.

Valentina Rossi kienet ilha ma tixħet xi ħaġa fuq il-midja soċjali, u ħafna mill-ewwel bdew isaqsu x’ġara! Valentina stqarret li “l-ħajja mhux kollha bbażata fuq social media”, forsi vera xejn ġdid imma kultant ħafna nies ma jirrealizzawx kemm ħin nispiċċaw inqattgħu.

View this post on Instagram

A post shared by Valentina Rossi (@vallyrossix) on

Dan kollu beda meta din is-sena Valentina ma attenditx għal Malta Fashion Week u l-avvenimenti li ġġib magħha dil-ġimgħa. Stqarret li mhux kemm wieħed jattendi imma l-preparamenti ta’ qabel jieħdu ħafna aktar ħin.

“Kelli bżonn ħin għalija, ħin għal partner tiegħi, għal familja tiegħi, għal ħbieb tiegħi” tenniet Rossi, b’hekk dan l-għibien, mhux għax sparixxiet jew inqala’ xi ħaġa. Ħadet id-deċiżjoni li meta tkun barra żżomm mowbajl data mitfija u tuża l-wifi mill-inqas.

View this post on Instagram

A post shared by Valentina Rossi (@vallyrossix) on

Naħseb ilkoll għandna x’nitgħallmu minn dan kollu għax ħafna drabi ma ngħixux il-mument għax inkunu moħħna biex niġbdu xi ritratt jew xi filmat qasir biex nitfgħuh fuq il-midja soċjali. Valentina lejn it-tmiem tgħid: “Kelli ċans niffoka fuqi nnifsi.”

Sew għamlet! Hawn ħafna minna li għandna bżonn nagħmlu l-istess! X’taħseb int? Għidilna hawn taħt.


Emil Calleja Bayliss