Ivan u Simone DeBattista huma żewġ atturi li llum il-ġurnata stabillixew ruħhom sew fix-xena lokali. Minn barra li huma atturi, rajniehom f'diversi rwoli oħra relatati mal-arti. Ilbieraħ, Simone li tiġi mart Ivan iċċelebrat għeluq sninha. Lil Simone, bħalissa qed narawha wkoll tippreżenta Espresso flimkien ma' Wayne Aquilina fuq ONE.

Ritratt: Facebook / Wayne Aquilina

F'dan il-jum speċjali, Ivan kitbilha messaġġ ħelu li juru l-apprezzament tiegħu: "Għaddiet sena oħra... u erġajt kbirtli! F'dan il-jum t’għeluq sninek, nixtieq nieħu l-okkażjoni u ngħidlek grazzi kbira ta' dak kollu li tagħmel kemm miegħi u kemm mat-tfal (u Daisy u Chloe!)! J'Alla l-Mulej jżomm idejh fuqek u jimlik b'aktar saħħa u mħabba. It-tliet subien u l-ladies jgħidulek li jħobbuk ħafna!"

Ritratt: Facebook / Ivan DeBattista

Aħna f'isem Gwida.mt nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Simone l-isbaħ xewqat u sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalba.

Ritratt: Facebook / Il-Patt


Emil Calleja Bayliss