F'nofs dan il-mument ta' turbulenza li għaddej f'pajjiżna balissa, Ira u Sean iżżewġu. Howard ilu jieħu ħsieb lil Ira bħala l-manager tagħhom għal dawn l-aħħar 17-il sena.

Hekk kiteb Howard Keith fuq il-facebook tiegħu fejn qal li minflok għamlu xi ħaġa massiva b'ħafna esklussivitajiet, il-koppja għażlet li tiċċelebra dan il-jum speċjali mal-familja u ftit ħbieb tal-qalb.

Semma kif Harry; iċ-ċkejken ta' Ira u Sean seraq ix-xena u li dan kien wieħed mill-isbaħ tieġijiet li qatt attenda. Kien tieġ intimu.

Fl-aħħar irringrazzja personalment lill-midja li rrispettaw ix-xewqa tal-koppja li ħalliethom tiċċelebra dan il-jum kif riedu huma.

Ritratti: Howard Keith Debono/ Facebook


Clifford Galea