Illum tiċċelebra għeluq sninha omm l-istilista lokali Gaetano. Gaetano żgur li m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni fl-industrija tal-moda lokali, tista' tgħid li hu wieħed mill-aktar stitlisti prominenti f'pajjiżna u llum il-ġurnata saħansitra qed jorganizza diversi kompetizzjonijiet għall-mudelli wkoll.

F'dan il-jum għażiż hu jikteb messaġġ qasir lil ommu u jaqsam ritratt minn meta kien mar ma' ommu fuq Sibtek, il-programm popolari ta' Ryan u Josmar, "Happy birthday kbira lil ommi! Inħobbuk ħafna! U grazzi talli dejjem tkun hemm warajna biex tissapportjana f'kollox."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha wkoll sena mill-aqwa mimlija ħafna saħħa, hena u paċi. Awguri mill-qalb Anna!


Emil Calleja Bayliss