Fuq is-sit Television Malta ġie rrappurtat dak li rriżulta minn stħarriġ ta' EY Malta dwar in-nies f'Malta x'iħossuhom l-aktar komdi u minn xiex jibqżgħu qalb din il-pandemija tal-Covid-19. In-nies tkellmu dwar x'jaħsbu mill-qagħda finanzjarja tagħhom kif ukoll il-ħajja soċjali, fejn din tal-aħħar jidher li l-inqas jinsabu kunfidenti dwarha.
Jidher li l-konsumaturi f'Malta jħosshom siguri jmorru għal appuntament mediku, jixtru minn ħanut tal-merċa u għand tax-xagħar, salon jew spa. Il-maġġoranza jibżgħu jattendu ċinema, teatri, jivvjaġġaw fuq ajruplan jew Cruise Liner.
Int taqbel magħhom?
Facebook/ Darren Carabott