Mis-17 ta’ Jannar jekk wieħed ma jkunx imlaqqam bil-booster mhux se jkun jista’ jidħol f’gyms, ristoranti u f’bars fost stabbilimenti u avvenimenti oħra.

Mattheus Grasso tefa’ post fejn qal li bil-Green Pass mhux talli li n-nies ser jiġu diskriminati imma anke n-negozji. “X’jiġifieri l-istess bniedem jista’ jmur is-supermarket, il-knisja u ħafna postijiet oħra imma mbagħad ma jitħalliex jidħol il-gym?”, kiteb Mattheus.

Żied jgħid li l-gym huwa għall-ġisem, għar-ruħ u għall-moħħ u li m’hemm l-ebda dritt biex dan jiġi miċħud lil ħadd.

Facebook / Mattheus Grasso


Henzley  Bezzina