Big Brother Malta fuq il-mezzi soċjali kellu jispjega r-regoli imposti b'mod internazzjonali dwar tluq voluntarju mill-programm. Dan wara li Marvic għal darb'oħra wera x-xewqa li jwaqqaf il-parteċipazzjoni tiegħu mill-programm wara li sab ruħu innominat.
Huma jiktbu, "Metodi oħra ta' tluq mill-programm. Tluq voluntarju. Ħadd ma jinżamm fid-Dar ta’ Big Brother kontra r-rieda tiegħu. Jekk tixtieq titlaq volontarjament, trid tmur fid-Diary Room u tiddiskuti r-raġunijiet tiegħek fid-dettall ma’ Big Brother."
Huma jżidu, "Ikollok bżonn ukoll tagħti lil Big Brother ftit ħin biex jipprepara għat-tluq tiegħek f’daqqa. Pereżempju, jista’ ma jkunx possibbli li titlaq mid-Dar fl-istess jum li tagħmel it-talba biex titlaq."
It-tim ta' Big Brother jikteb, "Il-benesseri tar-residenti li jitilqu mid-Dar mingħajr ma jikkoperaw ma’ Big Brother ma jistax jiġi garantit. Jekk resident jipprova jitlaq minn kwalunkwe triq oħra minflok mid-Diary Room, jista’ jkun hemm konsegwenzi serji, skont id-diskrezzjoni unika ta’ Big Brother, mhux biss għal dak ir-resident, imma għar-residenti kollha."