Aħna ta' Gwida.mt kollox insiru nafu u personalità li baqa' mbellaħ dwar dan kien Davide Tucci. Li ħafna ma jafux hu, li Davide hu magħruf mal-kumplament tal-kru tal-Għarusa għall-imberkin Tuċċati. Kif wieħed jista' jinduna l-kelma komposta minn kunjomu Tucci u l-kelma ċuċati.

Ritratt: Facebook / L-Għarusa

"Ninsab kurjuż dwar kif din il-mistoqsija waslet s’hawn. Dan huwa l-isem jew il-laqam li għandu s-sens ta’ umoriżmu bla sens tiegħi. Għandi ħabta ngħaddi kummenti vojta li ħafna drabi jitwieldu minn osservazzjonijiet jew ħsibijiet li jgħadduli minn moħħi dak il-ħin."

Davide bl-akter mod onest jgħidilna: "B’differenza forsi ta’ nies oħra li jżommuhom għalihom, jien għandi ħabta naqsamhom ma’ dawk ta’ madwari mingħajr ma naħsibha darbtejn.

Ritratt: Facebook / L-Għarusa

Allura dawn l-imberkin Tuċċati jgħinuh? "Matul is-snin naħdem f’dan il-qasam, tgħallimt li għalija hu eħfef li biex niffoka u jkolli l-paċenzja waqt ġranet u ljieli twal, bejn xena u oħra nitlaq naqra mis-serjetà ta’ ċertu xeni billi nidħaq ftit."

Spiċċa jgħidilna: "Issa jidħqux miegħi jew le, jew ikunux qed jidħqu miegħi jew bija, ma tantx tagħmilli differenza. Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar niskopri u naċċetta min jien. Issa jekk dak ifisser li għandi sens tal-umoriżmu bla sens, m’hemmx x’tagħmel.

Facebook / L-Għarusa


Emil Calleja Bayliss