Rose u Sam, li flimkien huma The Travel 2 bħalissa jinsabu l-Indoneżja. Din il-koppja ilha tivjaġġa għaxar xhur. The Travel 2 għadhom kif qasmu mas-segwaċi tagħhom filmat li laqatna mmens! Gwida.mt tkellem ma’ The Travel 2 dwar dan il-filmat!

F’din l-aħħar ġimgħa, Rose u Sam qed joqogħdu ma’ raġel Indoneżjan, bl-isem ta’ Natsir. Dan ir-raġel hu ta’ ispirazzjoni kbira! Bena skola, bl-isem ta’ Eco School għal tfal biex jibdew jingħataw l-edukazzjoni.

The Travel 2 qalulna, “Natsir hu speċjali għax issagrifika ħafna biex bena skola. Qed jgħallem lil tfal u adoloxxenti l-Ingliż u s-snajja’, fosthom biex tkabbar ħxejjex, kif tagħmel il-kafè u taħdem iċ-ċikkulata.”

Il-proġett li jmiss, li jixtieq iwettaq Natsir hu li titnaddaf ix-xmara u l-ilma jiġi ppurifikat. Jixtieq jagħmel dan biex il-komunità tiegħu jkollha ilma nadif. The Travel 2 qalulna li kemm ilhom jgħixu miegħu rrealizzaw kemm f’Malta aħna xxurtjati.

Rose u Sam komplew jgħidulna, “Dejjem kellna l-ħtiġijiet bażiċi, bħal dawl u ilma, kif ukoll l-edukazzjoni. Għalina dawn huma affarijiet ovvji, imma mhumiex għan-nies tal-lokal t’hawnhekk.”

Diġà saru kambjamenti kbar fil-proġett ta’ Natsir u jħossu grat lejn kull min diġà ta donazzjoni. Bis-saħħa tad-donazzjonijiet jistgħu jkomplu għaddejjin b’dan il-proġett għal ħajja aħjar.

Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, tista’ żżur il-paġna ta’ Facebook ta’ Travel 2 billi tagħfas hawn. Kull donazzjoni hija apprezzata!

Instagram / @thetravel2rose


Yasmin Camilleri