L-Awtorità Ta’ Malta Tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ser tippubblika il-Linji Gwida tal-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għall-assigurazzjoni tal-kwalità għall-korsijiet li jinkludu komponent ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, li ħafna jirreferu għalih bħala Work Based Learning (WBL).

Dawn il-Linji Gwida jirrappreżentaw l-isforz tal-MFHEA biex tappoġġja istituzzjonijiet lokali ta’ edukazzjoni ogħla fl-isforzi tagħhom biex jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità għolja u biex jagħmlu dawn l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni aċċessibbli għal numru akbar ta’ studenti.

Il-linji gwida għall-kwalità tat-tagħlim fuq ix-xogħol, skont id-dokumentazzjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-MFHEA, jikkumplimentaw il-mekkaniżmi interni tal-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ entitajiet ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ kultura nazzjonali ta’ kwalità f’dan il-qasam. Dawn il-linji gwida jgħoddu għal edukazzjoni formali, għolja u għall-adulti kemm fis-settur statali kif ukoll f’dak mhux statali.

L-MFHEA hija konxja mill-ħafna benefiċċji u potenzjali għall-inklużjoni ta’ komponenti ibbażati fuq ix-xogħol fil-programmi ta' tagħlim. Għalhekk, l-MFHEA għandha l-għan li tipprovdi linji gwida ċari biex tiżgura li korsijiet li jinkludu komponent ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, ġenwinament jippreparaw lill-istudenti sew għall-futur professjonali tagħhom.

It-terminu work placement jirreferi għal perjodu ta’ xogħol mingħajr ħlas imwettaq minn studenti bi sponsor irreġistrat bħala parti mill-kors ta’ edukazzjoni tagħhom f’istituzzjoni edukattiva. Work Placement hija mmirata biex tikseb esperjenza ta’ xogħol li twassal għal ċertifikazzjoni f’livell 1 jew livell 2 tal-MQF. L-istudent huwa marbut ma’ sponsor b’dokument apposta msejjah Ftehim ta’ Taħriġ (Learning Agreement) ikkompilat mill-istituzzjoni edukattiva. Il-krediti tal-ECTS huma allokati u vvalutati mill-istituzzjoni edukattiva għar-riżultati tat-tagħlim miksub matul il-perjodu bbażat fuq ix-xogħol.

Tip ieħor ta’ esperjenza ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol jissejjaħ Internship. It-terminu “internship” jirreferi għal taħriġ li jinvolvi lill-istudenti fuq programmi li jinkludu tagħlim ibbażat f’istituzzjoni edukattiva liċenzjata u tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol ma’ sponsor irreġistrat (min iħaddem). Programmi li jinkludu internships iwasslu għal kwalifikazzjoni rikonoxxuta f’ livell 5 tal-MQF jew aktar.

Hemm għadd ta' prinċipji li jsejsu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol biex jiġi żgurat li l-istudenti jingħataw esperjenza ġenwinament edukattiva.

  • Dawn il-prinċipji jinkludu li l-WBL jista' jagħmel biss parti mill-kors ta' taħriġ, fejn kull kors ta' taħriġ li jwassal għal kwalifika għandu jkollu komponent sinifikanti ta' tagħlim u tagħlim ibbażat fl-iskola.
  • Dawn il-prinċipji jinkludu li r-riżultati kollha tat-tagħlim u l-valur tal-kreditu għall-komponent ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol WBL għandhom ikunu speċifikati b'mod ċar.
  • Dawn il-prinċipji jinkludu li, Ftehim ta’ Taħriġ (Learning Agreement) li jispeċifika b'mod ċar it-tagħlim u l-modi ta' valutazzjoni, għandu jiġi ffirmat sabiex min iħaddem ikun obbligat li jipprovdi esperjenzi ta' xogħol li jwasslu għall-iżvilupp tar-riżultati tat-tagħlim identifikati.

  • Dawn il-prinċipji jinkludu li l-provditur għandu jara li l-ambjent tax-xogħol esperjenzat mill-istudent iwassal għar-riżultati tat-tagħlim tal-kors rispettivi.
  • Dawn il-prinċipji jinkludu li l-provditur huwa unikament responsabbli biex jissorvelja l-proċess tal-valutazzjoni.
  • Dawn il-prinċipji jinkludu li min iħaddem għandu jipprovdi sorveljanza tal-istudent fuq il-post tax-xogħol. Dan jinkludi trainer maħtur li jiggwida u jappoġġa lill-istudenti fuq ix-xogħol filwaqt li jiżgura li ma jwettqux kompiti li mhumiex imħarrġa għalihom.

 Tajjeb li ngħidu biex nikonkludu li l-awtorità taħdem b’mod indipendenti biex tiżgura l-ogħla standards ta’ edukazzjoni u trawwem komunità dejjem aktar kompetenti. L-entità tħares li l-istudenti tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla jirċievu edukazzjoni tal-aħjar kwalità.


Gwida.mt