Permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook, Il-Membru Parlamentari Ian Vassallo wera r-rabja tiegħu ghall-fatt li triq partikolari fl-Imġarr ilha magħluqha għal żmien twil b’bosta min-nies fil-kummenti jaqblu li dan il-fattur huwa inkonvenjenti u li jinsabu diżappuntati ferm.

“Triq li għal 7 xhur sħaħ magħluqa biex tinbena mil-ġdid fl-Imġarr terġa tinqala wara li ngħatat it-tarmak ħmistax ilu. Sas-sinjali tat-traffiku kienu saru!” sostna Vassallo. Huwa kompla billi staqsa; “X’inhu jiġri fl-ippjanar ta’ dan il-Pajjiż!? Ħela ta’ flus, riżorsi, u inkovenjenti twal għar-residenti.”Huwa temm il-ktiba tiegħu billi għamel tag fil-post tiegħu lill-Ministru Aaron farrugia!

Intom taqblu ma’ dak li qed jgħid il-Membru Parlamentari Ian Vassallo?

Facebook / Ian Vassallo


Charlton Cefai