L-attur bravu Jean Pierre Cassar reġa' għamel waħda minn tiegħu. Fl-aħħar episodju ta' Elf Metodu li jixxandar fuq ONE, Jean Pierre ġie jidher b'żarbuna f'sieq waħda u fl-oħra, kien liebes biss kalzetta. Imma għaliex? Xi moda ġdida?

Ritratt: Facebook/ Elf Metodu

Tħarriġna ftit u sirna nafu li Jean Pierre kellu xi inċident żgħir f'subgħu ta' saqajh tant li telgħalu bħal dieħes. O jaħasra Jean kemm tbati! Ara moħħok hemm. U ħu ħsieb lil dawk l-atturi sħabek għaliex huma għaddewlna dan ir-ritratt biex inperċuhulek fil-pubbliku! Jinkuk qishom!

Prova aqta' min qalilna Jean Pierre! Insomma, awguri lilek fil-karriera tiegħek! Bravissimu bħal dejjem!

Ritratt: Facebook/ Elf Metodu


Clifford Galea