Jekk segwejt X Factor Malta, żgur li taf min hi Nicole Frendo. Żgur li taf ukoll x’vuċi eċċezzjonali għandha! Wara X Factor kellha diversi opportunitajiet sbieħ. Fil-fatt bħalissa tinsab ġewwa l-Italja!
Fost ħafna opportunitajiet, ftit jiem ilu kantat ma’ Andrea Bocelli! Għaliha din kienet ħolma li saret realtà. Iżda s-suċċess ma waqafx hemm, għax din il-kantanta ta’ sbatax-il sena, bħalissa qed tieħu sehem fil-festival Taljan, Festival di Castrocaro! Mhux talli hekk, talli Nicole hija waħda mill-għaxar finalisti ta’ dan il-festival!
Bħalissa għaddejja bil-provi għax għada, Nicole se tkanta fil-finali ta’ dan il-festival! Jekk tixtieq li ssegwiha, tista’ tagħmel dan billi għada taqleb it-televixin fuq ir-Rai għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija. Aħna ninsabu ċerti li Nicole se tagħti prestazzjoni mill-aqwa, bħalma dejjem tat. F’isem Gwida.mt, nixtiequ l-isbaħ xewqat lil Nicole u aktar suċċessi fil-futur. <p
Instagram / @nicolefrendoofficial