Ilkoll nafu min hi Jessika Muscat! Apparti li Jessika hija kantanta brava ħafna, ġieli rajnieha tirreċta wkoll. Pereżempju ftit snin ilu ħadet sehem fis-serje Il-Klikka. Però bħalissa Jessika la qed tirreċta u lanqas tkanta! X’qed tagħmel mela?
Bħalissa Jessika qed tagħmel avventura mill-isbaħ! Il-kantanta tinsab Spanja sabiex timxi l-Camino de Santiago! Il-Camino de Santiago hija rotta twila ħafna li tispiċċa f’Santiago de Compostela, il-belt kapitali ta’ wieħed mir-reġjuni fil-Majjistral ta’ Spanja.
Minkejja li din ma tkunx mixja faċli, żgur li hija esperjenza inkredibbli! Fil-fatt tul il-mixja, tara ħafna veduti tan-natura u diversi annimali. Apparti minn hekk, minjaf x’arja pura hemm! Xi ġmiel!
Ħafna nies jagħmlu din il-mixja bħala sfida sportiva, iżda hemm min jagħmilha wkoll bħala pellegrinaġġ spiritwali. S’issa Jessika jidher li mxiet 22 kilometru u waslet f’Portomarin, li hija l-ewwel waqfa fir-rotta għad-destinazzjoni finali.
F’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Jessika għal din l-avventura mill-isbaħ!
Instagram / @jessika_music_official