Is-Sajf f’Malta jintemm fil-31 ta' Ottubru fit-3:00 ta' filgħodu, meta l-arloġġi jiġu mċaqalqa siegħa lura.
Fl-2019, il-Parlament Ewropew appoġġja proposta biex titwaqqaf il-bidla ta' l-arloġġ ta' siegħa li testendi l-ħinijiet tal-jum fis-sajf madwar l-UE kollha. Il-proposta kienet tirrikjedi li l-istati jwaqqfu l-bidla tal-arloġġ darbtejn fis-sena minn din is-sena, u jagħżlu jew is-sajf permanenti jew ix-xitwa.
Iżda għalkemm maġġoranza kbira tal-Maltin għażlu li jżommu l-ħin tas-sajf matul is-sena kollha, għadha ma ntlaħqitx pożizzjoni komuni dwar il-kwistjoni fi ħdan il-Kunsill Ewropew u għalhekk id-direttivi attwali biex jaqilbu l-arloġġi ħa jibqgħu japplikaw.
L-istati kollha tal-UE bħalissa jaqilbu għas-sajf fl-aħħar Ħadd ta' Marzu u lura għax-xitwa fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru.
Facebook/ Goldsmiths