Bjorn Formosa kien ilu jgħaddi minn Triq Pawlu Balzan biex jara l-proċess tad-Dar Bjorn ġdida mill-bogħod minħabba li aċċess għas-sit tal-binja ma kienx hemm.

Iżda aktar kmieni llum, Bjorn irnexxielu jidħol għall-ewwel darba u b’eċitament kbir seta’ jara il-progress. Il-ħaddiema lestew rampa sabiex Bjorn ikun jista jidħol fis-sit u sab lil kulħadd jistennieħ bil-ħerqa.

Hu esprima kemm il-proġett ġej tant għall-qalbu u ħerqan wisq biex jarah lest. Bjorn ħa l-opportunita biex jirringrazzja lill-ħaddiema kollha li qed jaħdmu lejl u nhar sabiex jitlesta l-proġett.

Min jixtieq jibgħat donazzjoni jista’ jiċċekja l-post ta’ Bjorn hawn isfel:

Facebook/Bjorn Formosa


Bernard Xuereb