Is-suċċess ta' Kevin Borg barra minn xtutna hu wieħed li bosta nies jafu bih. Barra s-suċċess li kien kiseb ġewwa l-Isvezja meta rebaħ Pop Idol fl-2008, Kevin ukoll għamel suċċess bħala kompożitur u produttur tal-kanzunetti għal swieq internazzjonali inkluż fl-Asja.

Fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu Kevin beda jinki dwar dak li għandna nistennew mingħandu fil-ġimgħat li ġejjin. Hu kiteb li beda vjaġġ ġdid u li hemm singles ġodda li ħa jiġu rilaxxati fis-suq internazzjonali.

Il-mistoqsija tiġi weħidha... Kevin ħa jkun il-kantant wara dawn il-kanzunetti l-ġodda jew ħa jkun wieħed mill-kittieba warajhom. Fl-istess post hu jirringrazzja lil Peter Nord, li dejjem jaħdem biswit Kevin. Kevin jgħid li hu wieħed mill-aqwa f'din l-industrija.

Hu x'inhu l-pass li jmiss... aħna nawguraw lil Kevin l-isbaħ xewqat! Nieħdu gost narawh jagħmel suċċess u ċertament li meta jikseb xi unur, ikun qed itella' isem Malta 'l fuq.

Facebook / Kevin Borg


Emil Calleja Bayliss