Forsi tafuh għat-taqbida waqt l-Assedju l-Kbir, forsi tafuh għall-isfilati waqt Malta Fashion Week... imma issa xi rwol se jaqdi Sant’Iermu l-ġimgħa li ġejja? Jekk int akkanit tal-letteratura mela aħjar tkompli taqra, għaliex din id-darba, mhux se jkunu Kavallieri jew ħajjata li jgħammru ġewwa l-forti, iżda minflok se jkun qed jilqa’ fih il-qarrejja u l-kittieba.

Medi

Inizjamed.org

Bħala parti mill-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2019, il-programm ta’ din is-sena se jkun qed jinvolvi 3 serati maġiċi ġewwa Sant’Iermu bit-titlu ta’ Iljieli Fil-Forti. Tul dawn l-iljieli se jkunu qed jikkontribwixxu diversi kittieba kemm lokali kif ukoll barranin bix-xogħlijiet tagħhom.

Fost dawk lokali nsibu ‘l Elizabeth Grech, il-poetessa u l-moħħ wara bejn baħar u baħar, kif ukoll Loranne Vella, ko-awtriċi ta’ Sqaq l-Infern u l-kittieba ta’ Rokit li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018. Min-naħa l-oħra, se jsiru intervisti ma’ kittieba barranin bħal Sampurna Chattarji bbażata fl-Indja, u Eric Ngalle Charles imwieled il-Kamerun.

Lor

Kenneth Scicluna

Barra minn hekk, attivitajiet oħrajn li se jkunu qed iseħħu ġewwa l-forti jinkludu taħdita dwar ir-relazzjoni bejn il-qarrej u l-kittieb quddiem il-letteratura, kif ukoll laqgħa dwar il-Wikipedija bil-Malti u bl-Ingliż bil-għan li jitlaħħam ir-repertorju ta’ kittieba Maltin fuq il-pjattaforma.

El

Virginia Monteforte

Dawn l-attivitajiet ta’ taħt il-qamar se jkunu qegħdin jagħqlu l-festival letterarju, li uffiċjalment jibda fit-18 ta’ Awwissu b’diskussjoni dwar l-universalità fil-letteratura. L-ewwel serata fil-forti se tkun il-Ħamis, it-22 ta’ Awwissu, segwita miż-żewġ serati oħra nhar il-Ġimgħa l-24 u nhar is-Sibt l-25.

U jekk dawl il-qamar mhux biżżejjed biex iħajrukom titħarrku, mela forsi d-dħul b’xejn għall-attivitajiet kollha jaf iġiegħlek tiċċaqlaq! Sibu l-programm sħiħ hawn.

Virginia Monteforte


Kurt Gabriel Meli