Corazon, Debbie Scerri, Nicole Vella, Ivan Spiteri Lucas, Krista Spiteri Lucas, Olivia Lewis, Aldo Busuttil, Christina Magrin, Rachel Grech, Laura Bruno, Dario Mifsud Bonnici, Gaia Cauchi, Krysle Muscat u Mikhail Attard ħafna minnhom ismijiet li tafuhom u l-udjenza dejjem tieħu gost bihom.

Dawn il-kantanti flimkien mas-Spiteri Lucas Band ħa jkunu parti minn kunċert b'risq il-Karl Vella Foundation li qiegħda hemm sabiex joffru s-servizzi edukattivi u psikologici lil tfal u adoloxxenti li jkunu qed jesperjenzaw mard serju jew mewt ta’ membru qarib fil-familji tagħhom.

L-iskola taż-żfin, Steps Ahead, li rajna studenti tagħha jirbħu unuri barra minn xtutna, ser tkun inkarigata miż-żfin ta' dan il-kunċert. Żgur li dan il-kunċert komplut u divertenti għall-aħħar u għaldaqstant ma tonqosx is-satira tal-preżentaturi Ron u Toni.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw permezz ta' donazzjoni minn fuq is-sit www.ticketline.com.mt jew miċ-Centru Karl Vella li jinsab gewwa l-President’s Kitchen Garden, f’Ħ’Attard nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa bejn is-13:00 u s-18:00.


Emil Calleja Bayliss