Clare Agius, Pauline Agius u Claire Agius Ordway mhux uċuh ġodda żgur għal dawk li jsegwu x-xena lokali. It-tliet preżentaturi ftit tal-jiem ilu ħabbru li l-programm tagħhom Ilsien In-Nisa ħa jkun qed jirritorna lura fuq ONE TV minn Ottubru li ġej. Barra dawn it-tliet personalitajiet, minn ġimgħa għal ġimgħa jingħaqadu magħhom mistiedna oħra minn oqsma varji differenti li jkomplu jżiedu mad-diskussjoni. 

Ritratt: Bernard Polidano - Facebook / Ilsien In-Nisa

Il-programm ilu għaddej minn Ottubru tal-2011 u dejjem żamm udjenza b'saħħitha mmens, mhux sorpriża kbira li ħa jkun qed jirritorna lura għat-tmien staġun. Il-programm mistenni li jżomm il-ġurnata tiegħu tal-Ħamis. Fil-post tal-paġna ta' Ilsien In-Nisa, diversi nies awgurawlhom għall-iskeda l-ġdida u kien hemm min ikkumenta li qed jimmisja l-programm tagħhom waqt ix-xhur sħan tas-sajf. 

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Claire, Clare u Pauline għall-iskeda li jmiss, ċertament ħa jkunu qed jiddiskutu numru ta' suġġetti li joħolqu dibattitu bejnietom u li t-telespettaturi mid-djar tagħhom ħa jkunu qed isegwu b'reqqa kbira. 

Bernard Polidano - Facebook / Ilsien In-Nisa


Emil Calleja Bayliss