Issa li reġa' beda l-bejgħ mill-monti, ċertament li bosta nies qed jitħajjru jżuru dak ta' Marsaxlokk biex jixtru l-ħut.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-kunsill lokali ta' Marsaxlokk ttellgħu xi miżuri mportanti li wieħed għandu jżomm f'moħħu meta jixtri mill-monti. Fosthom hemm l-obbligu li jintlibes l-ilbies protettiv kif ukoll d-distanza soċjali.
Dawn il-miżuri u restrizzjonijiet jinkludu:
- Il-bejjiegħa jridu jilbsu maskra jew visor - Mhux aktar minn 6 persuni, inkluż il-bejjiegħ quddiem il-bankarella
- Il-klijenti jridu jilbsu maskra u jżommu 2 metri distanza
- Perspex li tifred bankarella minn oħra
- Wara li jiġi rritornat oġġett, jiġi maħżun għal 72 siegħa qabel jerġa' jinbigħ
- Hand Sanitizer għall-klijenti
- Qabel jitqassmu l-prodotti, jintuża s-sanitizer
- Tabella biex ma jintmissux il-prodotti