Min jixgħel ir-radju waranofsinhar biex jisma’ lil Nate, Frank u Rossi ma jkunx jaf x’għandu jistenna.. se jaqbdu ma’ xulxin? Se jippruvaw jinbxu lil xi personalità? Jew se jħabbru xi premju kbir? Mhux l-ewwel darba li bdew il-programm u dak kollu li ppjanaw mar il-baħar u dak li spiċċaw għamlu ma kien bl-ebda mod pjanat!
It-Tim ta' Gwida.mt staqiehom x’se għamlu llum? “Ħeqq mhux inkantaw Happy Birthday lil Nate!” qalulna Frank u Rossi!
Nate illum jiċċelebra sninu proprju f'Jum il-Milied. Awguri Nate!
Awguri lit-tim kollu ta' Vibe FM.