Mariella, omm Corazon aktar kmieni dalgħodu qasmet episodju tassew ħelu. Episodju tal-ewwel ġurnata skola tal-kantanta. Fi kliem Mariella stess, "Dak kien jum importanti ħafna għall-familja tagħna. Jien u Joe konna għadna kemm irreżenjajna minn għalliema u kien proprju dakinhar li Corazon bdiet l-iskola, jien bdejt il-kors tal-Liġi l-Università u Joe beda n-negozju full-time."

Corazon kellha biss sentejn u tliet xhur meta marret l-ewwel darba l-iskola. Mariella tistqarr, "Ommi u missieri kienu beżgħu li se tibki biex tidħol, imma jien kont ċerta li se tidħol bil-qalb, għax kien ilni nippreparaha għaliha, u anke hi kien ilha tixtieq tmur. Fil-fatt daħlet bil-qalb ħafna, u missieri baqa' mbellah meta daħlet l-iskola waħedha mingħajr ma ħarset darba lura."

Dakinhar Corazon talbitha platt kbir lil ommha! Għaliex? Corazon wieġbet, "Iva, għax wiċċek qisu platt." Mariella tkompli tgħid, "Dak il-ħin għoxejt bid-daħq, imma mbagħad indunajt li hi bis-serjetà kienet qed tgħidli, u għaliha kien donnu qed tagħmilli kumpliment kbir li tqabbel wiċċi ma' platt. F'għajnejn it-tfal l-affarijiet jidhru kif jimmaġinawhom huma. Imma li qabblet wiċċi ma' platt ma kinitx biss immaġinazzjoni."

Verament li jgħaddu kemm jgħaddu snin ċerti memorji ma jintesewx!

Facebook / Mariella Mizzi Attard


Emil Calleja Bayliss