Khaled Riani, l-attur, preżentatur u produttur żgur li mhux darba jew tnejn nissel tbissima fuq fomm dak li jkun. Illum jum kemxejn speċjali għalih u għal mara tiegħu, dan għaliex il-koppja qed jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom.
Khaled qasam ritratt minn dik il-ġurnata speċjali ma' martu u fih ħalla messaġġ sempliċi biex jinforma lil sħabu ta' Facebook, "Bonġu ħbieb, illum l-anniversarju tagħna! Għalaqna għoxrin sena." Iż-żmien malajr jgħaddi.
Fi żmien qasir, Khaled ġabar diversi awguri mingħand ħbieb tiegħu. Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u nittamaw li hu u l-mara tiegħu jkollhom ġurnata kif tixtieq qalbhom.
Facebook / Khaled Riani